BLOGG - BLOG

Casha jemmen li l-kitba m’għandhiex tkun imxekkla minn irbit soċjali, reliġjuż jew politku. Imma jemmen ukoll li hemm valuri li għandhom ikunu rispettati u għalih dawn jiġu qabel kollox. Fejn tidħol il-kotba għat-tfal huwa jemmen li għandu jkun hemm responsabbiltà kbira mill-kittieba u l-pubblikaturi. Huwa jemmen li l-valuri li jagħmlu l-bniedem sħiħ m’għandhomx jinbidlu mal-moda jew jitwarrbu biex wieħed jixxokkja ħalli jiġbed l-attenzjoni jew iħajjar lill-qarrejja. Għal Casha, li timxi maż-żminijiet ma jfissirx li tkisser valuri tajbin. Dwar l-użu tal-kliem vulgari fil-kitba, Casha jemmen li dan jista’ jkun hemm lok għalih f’ċertu kuntest, imma m’għandu qatt jintuża biex ikabbar il-bejgħ tal-ktieb. Awtur tajjeb kapaċi jwassal dak li jrid mingħajr ma jkun espleċitu jew vulgari. Din mhix kwistjoni jekk wieħed hux antikwat jew moħħu magħluq, imma rispett lejn l-intelliġenza tal-qarrej.  Kittieb tajjeb jaf ikun eleganti meta jittratta suġġetti delikati.  Casha jħoss ukoll li kull awtur m’għandux jibqa’ marbut ma’ ġeneru wieħed imma li għandu jesperimenta u jipprova jkun oriġinali.

Follow Us
  • Facebook Classic
  • Twitter Classic
  • Google Classic

I'm busy working on my blog posts. Watch this space!

Please reload

This site was designed with the
.com
website builder. Create your website today.
Start Now