Fra Mudest - Karattru li għadda minn ġenerazzjoni għal oħra
Silta minn ittra li l-Prof. Oliver Friggieri kiteb lill-awtur:
Għażiż Charles,
...inti wellidt karattru li llum sar famuż u emblamatiku, u li nistħajlu bħal Pinocchio, jimpika miegħek. Għandek għalfejn tassew tkun hieni u kburi li rnexxielek tul dawn is-snin kollha, twelled u tagħti lill-poplu Malti, karattru li hu, daqskemm ma huwiex, tat-tfal. Persuna interġenerazzjonali li kiber (int kabbartu) ma' ġenerazzjonijiet sħaħ.
Fil-persunaġġ tiegħek nara Malti medju oriġinali, li jdaħħak u li ma jifraħx dejjem, u li taħt l-inġenwità tiegħu irnexxielek tinserixxi moħħ matur u qalb intensa. F'dan id-dawl il-persunaġġ tiegħek hemm xi ħadd li hu u ma hux modest. Irnexxielek toħloq suċċessur modern ta' karattru klassiku, bħal Ġaħan, imma hu wisq aktar kumpless u paradossali minn Ġaħan.
Nawguralek li ...terġa' taqbad ir-ritmu regolari tiegħek tal-kitba - kwalità konsistenti li jien dejjem ammirajt fik, għax kittieb tajjeb jikteb u jimraħ imma dejjem f'direzzjoni essenzjali waħda, li tgħaqqad kollox flimkien.
,
8 ta' Marzu 2018