top of page

Dwar L-Awtur

Carmel Charles Casha twieled il-Marsa fil-21 ta’ Settembru, 1943. It-tieni wieħed fost tliet subien, Charles trabba f’ambjent ta’ wara l-gwerra, meta t-toroq tagħna kienu mingħajr traffiku u t-triq kienet id-dinja Ä‹kejkna ta’ dawk li kienu joqogħdu fiha. Kienet dinja differenti li Charles pinÄ¡a fl-istejjer tiegħu li dehru fit-tliet kotba Minn Tarf sa Tarf tat-Triq, Minn fuq L-Għatba u Mill-Gallarija.

Jistqarr li l-kitba għat-tfal hija gost li jieħdu f’dinja oħra, kultant id-dinja tat-tfulija u kultant id-dinja tal-fantasija. Imma meta jikteb għall-kbar huwa jħossu qrib ħafna tar-realtà.

​

Fl-2002, Il-Kunsill, Għalliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti, taw Ä¡ieħ lil Charles Casha, waqt Ä‹erimonja f’Jum L-Ilsien Malti. L-iskola uriet l-apprezzament tagħha għad-drammi li Casha kiteb biex jittellgħu mill-istudenti tal-istess skola.

Fl-2007 Charles Casha ngħata ĠIEĦ IL-MARSA mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sehem tiegħu fil-letteratura Maltija.

Fl-2013 huwa ngħata wkoll Ä IEĦ ĦAÅ»-Å»ABBAR mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Å»abbar.

Fl-2014 huwa ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma tiegħu fil-qasam tal-letteratura Maltija.

Fl-2012 Casha ġie onorat bil-MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA.

Fl-2018 ngħata TROFEW AGATHA BARBARA mill-Kunsill Ċiviku Ħaż-Żabbar.

Żewġ poeżiji minn tiegħu inqalbu fil-lingwa Frisian u kienu ppubblikati fil-website tal-ENSAFH MAGAZINE fl-Olanda.

FL-2021 flimkien ma' tliet awturi oħrajn (Rita Saliba, Joe Debono u Trevor Zahra) ngħata in-Nazzareno Vassallo  Award għas-sehem tiegħu favur l-anzjani fi żmien il-pandemija.

Nhar l-14 ta' Novembru, 2023, f'Jum L-Akkademja tal-Malti, Casha ngħata l-Midalja tad-Deheb - Ä ieħ l-Akkademja tal-Malti bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fil-qasal tal-letteratura Maltija. L-Invesitutura saret fil-Palazz Presidenzjali ta' Sant Anton mill-E.T. Il-President ta' Malta. 

​

 

bottom of page